Fi spazju ta’ ftit sigħat tard is-Sibt filgħaxija il-kumitat sezzjonali tal-PN fil-Mellieħa segwa fuq il- passi tal-kumitati tal-Mosta u Raħal Ġdid u talbu sabiex tintrefa r-responsabbiltà politika għal dak li qed jiġri fil-Partit Nazzjonalista.
F’ittra oħra mqanqla mibgħuta lill-oghla tmexxija tal-Partit il-President tal-Kumitat Sezzjonali tal-Mellieħa Emvin Bartolo f’isem il-kumitat kollu, appella lid-deputati sabiex jagħmlu dak kollu neċessarju sabiex is-sitwazzjoni fil-Partit titranġa. Ftit tas-sigħat ilu one.com.mt żvela li f’eżerċizzju mqanqal sforz il-paniku li qed taħkem lit-tmexxija l-istrateġista ewlieni ta’ Adrian Delia, Jean Pierre Debono talab lill-Kumitat kollha sabiex jiddikjaraw fiduċja fit-tmexxija. Madankollu s’issa dan l-eżerċizzju mar żmerċ hekk kif fi ftit ħin minflok fiduċja żewġ kumitati oħra ddikjaraw sfiduċja fit-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista.
Nhar l-Erbgħa li għadda il-kumitat tal-Mosta ltaqa’ u b’mod unanimu sfiduċja t-tmexxija tal-Partit. Minkejja li l-PN ċaħad dan fi stqarrija mibgħuta l-Ħamis , il-Ġimgħa filgħodu l-kumitat Mosti bat ittra mqanqla ferm lill-ogħla esponenti tal-Partit. F’din l-ittra l-Mostin kkritikaw b’saħħa kbira lil Clyde Puli, Kristy Debono, Adrian Delia u lill-kumplament tat-tmexxija tal-Partit. Fl-ittra saħansitra qalu li ” Partit għandu jara ghax żdied id-distakk u mhux isib l-iskużi. It-tmexxija għandha tkun responsabbli tal-azzjonijiet tagħha u tagħti spjegazzjoni tal-fatti”