Kwistjonijiet Ewropej, l-immigrazzjoni u s-sitwazzjoni fil-Libja ddominaw il-laqgħa bilaterali bejn il-Prim Ministru ta’ Joseph Muscat u l-President ta’ Franza Emmanuel Macron.
Iż-żewġ mexxejja ltaqgħu qabel is-Summit tan-Nofsinhar tal-Unjoni Ewropea. Il-Prim Ministru Muscat għamel referenza għal-Libja bħala ġar importanti ħadna u qal li Malta tinsab imħassba dwar is-sitwazzjoni fil-Libja.
Il-President Macron qal li l-pajjiżi kollha għandhom kwistjonijiet komuni x’jiddiskutu b’mod partikolari l-immigrazzjoni.