Matt Hancock irtira l-kandidatura tiegħu għat-tmexxija tal-partit Konservattiv tal-Ingilterra. Dan l-għada li ġie fis-sitt post fl-ewwel votazzjoni tal-membri Parlamentari tal-partit.
Is-Segretarju tas-Saħħa ma faħħar lil ebda minn dawk li kienu rivali tiegħu, iżda qal li ried iwassal messaġġ lilhom kollha.
Hancock, li kien l-iżgħar kontestant, qal li hu kien “iffukat fuq il-futur” iżda l-partit għandu bżonn mexxej li jkun ta’ suċċess fiż-żminijiet kurrenti.
L-ewwel votazzjoni għall-partit konservattiv intrebħet minn Boris Johnson, b’distakk ta’ 114-il vot.
Fit-tieni post ġie is-segretarju għall-affarjiet barranin, Jeremy Hunt, b’43 vot.
Iż-żewg kandidati rebbieħa, wara l-votazzjoni fil-ġimgħa ġejjiena ser jiffacjaw lil xulxin għall-elezjoni finali.