17:49 – L-aħħar mexxej li kien għad fadal, il-Prim Ministru Portugiż Antonio Costa, għadu kif wasal f’Kastilja fejn intlaqa’ mill-Prim Ministru Malti.
17:42 – Il-Prim Ministru Spanjol Pedro Sanchez segwa lil-Prim Ministru Grieg frit tal-ħin wara. Din hija l-ewwel żjara ta’ Sanchez bħala Prim Ministru Spanjol f’pajjiżna.
17:41 – Ftit tal-ħin wara l-wasla tal-Mexxejja tal-Italja u Ċipru wasal ukoll il-Prim Ministru tal-Greċja Alexis Tsipras.
Din hija t-tielet zjara ta Tsipras fpajjizna wara il-Valletta Summit fl-2015 kif ukoll is-summit li kien sar fil-Presidenza Maltija tal-Unjoni Ewropea fi Frar tal-2017.
17:38 – Fi Pjazza Kastilja il-Prim Ministru Joseph Muscat ftit tal-ħin ilu għadu kemm laqa’ lill-President ta’ Ċipru Nikos Anastasiades u lill-President tal-Kunsill tal-Ministri tal-Italja Giuseppe Conte.
16:30 – Propju ftit minuti ilu il-President ta’ Franza Emanuel Macron wasal fi Pjazza Kastilja.
Huwa gie milqugħ mill-Prim Ministru Joseph Muscat.
Macron huwa l-ewwel mexxej li wasal għas-summit tal-pajjiżi tan-Nofsinhar tal-Mediterran li qed jitlaqqa’ f’pajjiżna.