Illum qed jiġi ċċelebrat jum l-arkeoloġija u għal dan il-jum is-Sovritendenza tal-patrimonju kulturali qed tiċċelebra din-ġurnata billi qed tesebixxi diversi sejbiet storiċi fid-daħla tal-Belt Valletta. Dawn is-sejbiet għadhom fl-istat oriġinali ta’ kif kienu nstabu fis-siti madwar il-gżejjer Maltin. Sejbiet bħal dawn imbagħad jiġu rrestawrati u eventwalment jitpoġġew fil-mużewijiet madwar il-gżejjer Maltin.
Il-Ministru għall-Kultura Owen Bonnici qal li Malta għandha wirt storiku imprezzabbli u hija xi ħaġa sabiħa li din il-ġurnata tiġi kkommorata. Qal li huwa kruċjali li x-xogħol tas-Sovritendenza jiġi esebit lill-pubbliku u jittama li fis-snin li ġejjin din il-wirja tkompli tikber.