Boris Johnson kiseb l-ogħla numru ta’ voti fl-ewwel votazzjoni biex ikun magħżul il-mexxej tal-partit konservattiv u l-prim ministru li jmiss. F’votazzjoni sigrieta li ħadu sehem fiha t-313-il Membru Parlamentari tal-Partit Konservattiv, tliet kontestanti ġew skwalifikati: Mark Harper, Andrea Leadsom u Esther McVey.
Boris Johnson ġab 114-il vot filwaqt li warajh ġew Jeremy Hunt bi 43 vot u Michael Gove ġie t-tielet b’37 vot.
Huma s-seba’ l-kandidati li se jimxu għar-rawnd ta’ votazzjoni li jmiss il-ġimgħa d-dieħla. Fil-ġimgħa tat-22 ta’ Lulju li ġej, mistenni jitħabbar ir-rebbieħ li se jieħu post Theresa May.