L-Awtoritajiet f’Hong Kong għalqu wħud mill-uffiċini tal-Gvern fid-distrett finanzjarju wara l-agħar vjolenza li qatt rat din il-belt f’diċenji sħaħ. Dan hekk kif saru dimostrazzjonijiet minn dawn irrabjati dwar il-pjanijiet li jippermetu l-estradizzjoni lejn iċ-Ċina.
Minkejja l-oppożizzjoni kbira għal dawn il-pjanijiet, il-gvern ma qatgħax qalbu iżda jidher li l-kunsill leġislattiv ta’ Hong Kong tawwal il-proċess għat-tieni qari tal-abbozz ta’ liġi kontroversjali li s’issa għadu mhux ċar meta se tkun qed issir.