Il-Membri Parlamentari tal-Partit Konservattiv Ingliż se jibdew proċess tal-għażla tal-Mexxej il-ġdid, li eventwalment se jkun ukoll Prim Ministru, meta jsir l-ewwel rawnd ta’ votazzjoni f’Westminster fil-jiem li ġejjin.
Kwalunkwe wieħed mill-għaxar kandidati li jfalli milli jassigura minn tal-inqas sbatax-il vot ikun eliminat mit-tellieqa. Aktar votazzjonijiet se jsiru l-ġimgħa d-dieħla, bir-rebbieħ mistenni jitħabbar fil-ġimgħa tat-tnejn u għoxrin ta’ Lulju.
Boris Johnson li nieda l-kampanja tiegħu l-Erbgħa jidher li huwa fuq quddiem tat-tellieqa.