Bdot ta’ ħelikopter tilef ħajtu wara li dan iġġarraf u spiċċa fuq binja f’Manhattan, l-Istati Uniti. L-inċident wassal ukoll biex il-bejt tal-binja ħa n-nar, li iżda malajt intefa mill-pumpiera. Ħaddiema li dak il-ħin kienu fil-binja nħarġu minnufih u ħadd minnhom ma ġarrab ebda ġrieħi.
Il-binja tinsab viċin Times Square f’New York, żona ffrekkwentata minn mijiet ta’ eluf ta’ persuni kuljum. Uffiċjali tas-sigurtà qalu li bl-impatt, inħasset tħeżżiża mal-art.
Rapporti li ħarġu kif bdiet l-investigazzjoni kkonfermaw li l-bdot kien l-uniku persuna abbord il-ħelikopter. Il-vittma kien jismu Tim McCormack.