Mistoqsi dwar l-aħħar sentejn minn mindu l-poplu afda dan il-moviment bit-tieni mandat tiegħu, il-Prim Ministru fuq ONE Radio qal li “għaddew bħal-leħħa ta’ berqa. La bilkemm tinduna li għaddew sentejn, sinjal li tkun okkupat. Sinjal li jkun hemm ħafna xogħol li jkun qed isir.”
“Kellna ħafna xogħol x’nagħmlu. Dejjem ikun hemm l-isfidi. Jien inħares ‘il quddiem biex l-injection ta’ enerġija li tawna n-nies f’dawn l-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali u l-Parlament Ewropew insarrfuhom f’aktar ħidma,” kompla Muscat.
Il-Prim Ministru kellu wkoll messaġġ ewlieni: “Is-sens li nixtieq jirrenja huwa li aħna huwa akbar mill-jiena. Dak li nagħmlu flimkien huwa ferm aktar importanti minn dak li nistgħu kull wieħed u waħda minnha jagħmel għall-glorja personali tiegħu u tagħha.”