Is-Sibt filgħaxija l-Prim Ministru Joseph Muscat inawgura uffiċċjalment il-lukanda ta’ Hugo’s group H-Hotel f’Paceville. Din il-lukanda ta’ 162 kamra lussuża ġiet inawgurata wara 7 snin ta’ ħidma u investiment ta’ €40 miljun mis-settur privat.
Fid-diskors tiegħu l-Prim Ministru laqa’ dan l-investiment u spjega kif fi ftit snin it-turisti li ġew f’pajjiżna rduppjaw u żdiedu ħafna wkoll it-turisti ta’ kwalitá. Dan il-grupp ifittex li jirrisjedi f’postijiet lussużi u fil-btala tiegħu fil-pajjiż jonfoq ferm aktar mit-turist konvenzjonali. Għalekk Dr Muscat qal li huwa importanti li f’pajjiżna jkollna infrastruttura tajba li takkomoda lil dawn in-nies ħalli fiż-żmien li ġej ikomplu jiżdiedu.
Il-Ministru għat-Turiżmu li wkoll kien preżenti għal din it-tnedija uffiċċjali sostna l-impenn tal-Gvern sabiex jirriġenera l-akwati ta’ Paceville u San Ġiljan. Din ir-riġenerazzjoni se tkun qed itejjeb l-inħawi kollha b’servizzi utli u fuq kollox tisbieħ sabiex dawk li jżuru l-post ikunu jistgħu igawduh aħjar.
Luke Chetcuti, iben l-imprenditur Hugo Chetcuti qal li din il-lukanda hija l-akbar proġett li qatt sar minn Hugo’s Group u sostna li tul is-7 snin tal-proġett iltaqgħu ma bosta sfidi. Iżda l-akbar sfida fost kollox kienet dik li seħħet sena ilu meta Hugo Chetcuti, l-moħħ wara kollox inqatel kiesaħ u biered minn raġel f’Paceville.
Chetcuti spjega wkoll li din il-lukanda fiha karateristiċi uniċi meta mqabbla mal-kumplament tal-lukandi l-oħra f’pajjiżna fosthom indoor pool u sauna fil-kamra tas-sodda u kmamar b’jakuzzi fil-kamra u ieħor fit-tarazzin b’veduti tal-bajja ta’ San Ġorġ.
Karen Barbara, il-General Manager ta’ din il-lukanda spjegat li l-viżjoni ta’ Hugo kienet li l-lukanda tiegħu ma tkunx sempliċiment lukanda iżda esperjenza unika għal kull min joqgħod fiha. jesperjeapparti il-162 kamra lussuża din il-lukanda ta’ ħdax il-sular fiha diversi postijiet fejn wieħed jista’ jqatta ‘l ħin tiegħ fosthom numru ta’ barijiet u pixxina kbira fil-ħdax-il sular li tagħti għal fuq il-bajja pittoreska ta’ San Ġorġ.
Preżenti għal din it-tnedija kien hemm ukoll id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne u s-Segretarju Parlamentari Chris Agius.