Il-Ministru għall-Intern Michael Farrugia saħaq li l-Unjoni Ewropea għanda tikkunsidra pjan ħolistiku sabiex tinstab is-soluzzjoni għall-imigrazzjoni.
Sostna dan waqt il-laqgħa tal-kunsill tal-Ministru tal-Intern li sar fl-aħħar jiem fil-Lussemburgu.
Semma fost l-oħrajn li l-UE għandha testendi l-mekkaniżmu tal-Operazzjoni Sophia sabiex tiffoka iżjed fuq sorveljanza mill-ajru, u li jkun hemm iżjed laqgħat konġunti bejn il-kunsill tal-Ministri tal-Intern u tad-Difiża sabiex jiġu trattati kwistjonijiet komuni fuq l-immigrazzjoni.
Innota li d-diskussjonijiet biex tiġi riformata r-regolament ta’ Dublin jibqgħu kruċjali għal dan u li l-istati membri jridu jieħdu azzjoni bħala Unjoni Ewropea waħda.