Persuna mir-Renju Unit li kienet involuta f’omiċidju, u li kienet imfittxija mill-Awtoritajiet Ingliżi, kienet arrestata hawn Malta aktar kmieni llum f’operazzjoni msejħa ‘OP MORE’.
Din saret minn membri mis-sezzjoni tal-Intelliġenza Kriminali b’kollaborazzjoni mal-Awtoritajiet Maltin u Ingliżi, wara li nħareġ mandat ta’ arrest Ewropew fil-konfront tal-persuna.
Fi stqarrija l-pulizija spjegat li l-persuna użat identità falza waqt li kienet qegħda pajjiżna, u mistennija titressaq il-Qorti fil-jiem li ġejjin biex jibda l-proċess ta’ estradizzjoni.
Dan kien it-tmien mandat ta’ arrest Ewropew li ġie esegwit f’pajjiżna mill-bidu ta’ din is-sena s’issa