Ftit jiem qabel il-festa tal-Imnarja, ġiet imnedija t-tieni edizzjoni tal-wirja Agrarja u ta’ Artiġjanat ġewwa r-raħal pittoresk tan-Nadur Għawdex, fejn madwar 250 parteċipant ser jesebixxu x-xogħlijiet tagħhom.
Il-bidu ta’ din il-wirja kien għoxrin sena ilu, fejn kienet tinvolvi biss wiri ta’ ħaxix u frott. Iżda maż-żmien din l-attività kompliet tikber u r-raħħala u bdiewa bdew jikkonkorru bis-sħiħ għal din l-attivita.
F’din il-wirja wieħed mhux biss ser jsib ħaxix u frott, iżda wkoll kull tip ta’ uċuħ tar-raba lokali, festa sħiħa ta’ artiġjanat maħdum f’Għawdex, arti tradizzjonali, nies jaħdmu snajja’ tradizzjonali, tiżjin b’armar antik ħafna tal-Imnarja u anke fost l-aqwa arranġamenti tal-fjuri maħduma lokalment.
Preżenti, Is-Segretarju Parlamentari għall-Agrikoltura, Sajd u Drittijiet tal-Annimali Clint Camilleri saħaq kemm huma importanti avvenimenti bħal dawn għaliex b’hekk, il-bdiewa u r-raħħala Maltin u Għawdxin ikollhom opportunità fejn jiċċelebraw il-bżulija tagħhom.
“Huwa propju importanti li jkollna din il-platform sabiex il-bdiewa u raħħala tagħna jkunu jistgħu jesebixxu l-prodotti tagħhom…”
Għal din l-attivita mistennija jattendu madwar 4,000 persuna, u apparti affarijiet tar-raba’ ser ikun hemm ukol diversi mużika folklorisitka u t-tberik tal-annimali domestiċi.
Din is-sena il-Wirja se ssir nhar is-Sibt 22 ta’ Ġunju wara it-8.00pm u l-Ħadd, 23 ta’ Ġunju wara it-8.00am