Huwa fatt magħruf li l-Maltin iħobbu jieklu u kien għalhekk li s-Soċjeta’ Filarmonika Maria Mater Gratiae flimkien mall-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żabbar li ħa jorganizza għaġinata.
L-għan aħħari huwa sabiex ikun hemm l-aktar ammont ta’ nies jieklu l-għaġin flimkien sabiex jiġi imwaqqaf rekord nazzjonali. Din l-attivita ħa ssir għada s-Sibt 8 ta’ Ġunju, biswit l-istallazzjoni ta’ umbrellel u hija miftuħa għall-pubbliku kollu.
Għall-aktar informazzjoni dwar kif wieħed jista’ jirriserva post, tista’ żżur: https://www.facebook.com/events/2260194107570031/