Il-familja tal-President Emeritus Agatha Barbara għaddiet diversi dokumenti tal-istess president flimkien ma’ għadd ta’ oġġetti preżjuzi għal din il-familja lill-universita’ ta’ Malta. Il-familja Barbara għamlet dan fuq xewqa li kellha Agatha Barabara li wara mewtha sservi ta’ ġid għall-istudenti.
Id-donazzjoni saret waqt il-ftuħ tal-wirja ‘Il-Mixja tan-nisa fil-Politika’ fl-Universita’ l-antika tal-Belt Valletta. Kienet in-neputija tal-President Emeritus, Jane Chircop, li preżentat fosthom il-proklama ta’ meta saret President u anke t-taħrika meta din daħlet il-ħabs waqt l-irvellijiet. L-arkivji ta’ Barabara ġew preżentati lir-rettur il-Professur Alfred Vella, fil-preżenza tas-Segretarju Parlamentari għar-Riformi Julia Farrugia Portelli.
Jane Chircop qalet li “Dawn huma karti li huma dokumenti tagħha stess bil-kitba tagħha ta’ meta kienet tmur ministru barra minn xtutna, ritratt tal-proklama u anke ritratt tagħha meta ġiet ikkundanata xahar il-ħabs fin-1958”.
Chircop, tiddeskrivi lil zita bħala suldat li dejjem waslet fejn xtaqet minkejja li kienet mara. Qalet li Agatha bdiet mix-xejn u eventwalment kienet okkupat l-ogħla kariga f’pajjiżna. Għalhekk ix-xewqa tal-President Emeritus Agatha Barbara hi li dak li tgħallmet tinsġu lil ħaddieħor.
“Din dejjem kienet ix-xewqa taz-zija li tħalli xi ħaġa għall-istudenti Maltin biex jitgħallmu, peress li kienet l-ewwel mara fil-parlament, l-ewwel mara Ministru u l-ewwel mara President” qalet Chircop.
Intant, il-Professur Alfred Vella, Rettur tal-Universita’, flimkien mall-Pro Rettur Carmen Sammut, laqaw din id-donazzjoni fejn fost oħrajn qalu kif dawn l-arkivji se jgħinu lill-istudenti. Il-Professur Dominic Fenech irrakonta xi episodji ta’ meta kien għadu Segretarju Ġenerali tal-Partit Laburista, filwaqt li Agatha Barbara kienet Ministru fil-Gvern ta’ Mintoff.
Il-ftuħ tal-wirja ‘il-Mixja tan-nisa fil-Politika’ sar mis-Segretarju Parlamentari għar-Riforma Julia Farrugia Portelli, li qed tmexxi ‘l quddiem riforma li għandha l-għan li aktar nisa jiġu eletti fil-parlament. Farrugia Portelli qalet fost oħrajn lill-konsultazzjoni pubblika dwar dan se tintemm jumejn oħra. Permezz ta’ din ir-riforma se nassiguraw li 40% ta’ dawk eletti jkunu nisa jew irġiel. Dan biex jiġi żgurat liż-żewġ sessi jkollhom rappreżentanza ekwa fl-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż.