Ċifri proviżorji tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika juru li fl-ewwel tliet xhur tas-sena, it-tkabbir ekonomiku ta’ Malta reġa’ kien b’saħħtu ħafna u jisboq bil-kbir dak ta’ pajjiżi oħrajn Ewropew.
L-NSO qal li miċ-ċifri tal-ekonomija Maltija joħroġ li l-Prodott Domestiku Gross bejn ix-xhur ta’ Jannar u Marzu kien ta’ €213 miljun u tmien mitt elf ewro aktar milli kien fl-istess tliet xhur tal-2018.
L-Uffiċċju tal-Istatistika qal li b’din iż-żieda, il-Prodott Domestiku Gross żdied b’7.4 fil-mija fuq l-istess tliet xhur tas-sena l-oħra.
Miċ-ċfri joħroġ ukoll li fl-ewwel tliet xhur ta’ din is-sena, l-ekonomija Maltija ġġenerat aktar minn tlett elef miljun ewro.