Wara li għadda l-ewwel tliet rounds, Alex Borg lagħab kontra Patrick Whelan fir-round tat-32 u rebaħ 4-2, u fir-round tas-16 għeleb l-isfida t’Alan Taylor 4-3. Fl-aħħar logħba Borg rebaħ kontra Billy Joe Castle 4-3 biex b’hekk rebaħ il-wild card sabiex jikkompeti ma l’aqwa plejers professjonali tas-snooker.
Barra minn hekk, iċ-champion Malti Duncan Bezzina wasal sal-kwartifinali tal-Kampjonat Ewropew tas-Snooker li qed jintghlab f’Belgrad is-Serbja. Bezzina spiċċa eliminat meta tilef kontra Shachar Lubeg ta’ Iżrael 4-2.
F’dan l’istess kampjonat qed jikkompetu ukoll 4 players Maltin fil-kategorija ta’ timijiet, tal- Masters u tal- Men.
Fil-kategorija tal-Masters it-tim kompost min Arthur Cachia u Ivan Attard għelbu lit-tim ta’ Serbia 4 bil-punteġġ ta’ 5-0,u għelbu lit-tim ta’ Irlanda2, bil punteġġ ta’3-2.
Fil-kategorija tal-Men, it-tim Malti kompost min Duncan Bezzina u Tony Drago , għelbu lil Serbia 5, bil punteġġ ta’5-0 u għelbu ukoll lit-tim tal Germanja bil-puntegg ta’4-1.