Sitt pitturi tas-seklu 18 tal-artist Malti Francesco Zahra u li jinsabu fl-Oratorju tas-Sagrament fil-Knisja Parrokjali taż-Żejtun, ser jiġu rrestawrati, sabiex jerġgħu jingħataw il-ħajja.
Zahra twieled l-Isla, u għal diversi snin kien magħruf bħala l-aqwa pittur tas-seklu tmintax f’Malta.
Il-pitturi ser jiġu rrestawrati miż-żewġ restawraturi Taljani magħrufa, Sante Guido u Giuseppe Mantella.
F’intervista ma’ ONE NEWS, l-artisti saħqu kif Zahra għandu stil uniku u li kien influwenzat minn Mattia preti u Caravaggio, żewġ artisti oħra prominenti li wkoll rifsu gżiritna u ħallew xogħol prezzjuż warajhom.
Ir-restawratur, Giuseppe Mantella, qal li xogħol Zahra hu ta’ livell internazzjonali u li l-pitturi tiegħu qed iservu bħala pont bejn Malta u pajjiżi oħra kif ukoll man-nies.
L-Arċipriet taż-Żejtun Dun Nikol Pace, spejga li dan ir-restawr huwa ferm kruċjali għal dawn il-pitturi, sabiex il-karetteristiċi tal-pittur ma jintilfux.
Ir-restawr ta’ dawn il-pitturi huwa proġett ieħor tal-fond tad-diplomazija kulturali, bil-Ministru Carmelo Abela jispejga li wara r-restawr, il-pittiru ser jittieħdu fl-Italja għall-wiri.