Telaq bniedem tajjeb minħabba x-xitan. Din kienet ir-reazzjoni tal-viċi Kap Robert Arrigo għar-riżenja ta’ David Camilleri, t-teżorier tal-Partit Nazzjonalista. Ftit qabel is-14:30 tat-tnejn waranofsinhar Camilleri ħabbar ir-riżenja tiegħu permezz ta’ kitba fit-tul fuq Facebook. L-eks teżorier qal li qabel l-elezzjoni ta’ nhar is-Sibt, kemm Kevin Cutajar kif ukoll Jean Pierre Debono ċemplulu biex jispjegaw ir-raġunijiet tagħhom għalfejn għandhom ikunu eletti. Hawnekk rrimarka li l-ħaġa turi li ż-żewġ kandidati kellhom il-lista tal-votanti eleġibbli u li kienet tinkludi ismu, ta’ David Stellini. Camilleri staqsa wkoll kif waqt ir-rimarki tiegħu ħadd mill-81 membru ma ieħor preżenti ma qal li t-teżorier m’għandux dritt li jivvota.
Wara l-laqgħa ta’ nhar is-Sibt Robert Arrigo sar voċiferu fil-konfront ta Jean Pierre Debono u Kristy Debono. Sorsi tagħna qalulna li waqt il-laqgħa taħraq tal-eżekuttiv qamu diversi argumenti bejn il-viċi kap u l-istrateġista ta’ Adrian Delia. aktar kminei dalgħodu Arrigo qabbel lill-familja Debono ma żewġ lpup iżda wara nofsinhar kompla saħħaħ l-argument tiegħu billi talab għar-riżenja ta’ wieħed mill-aktar uffiċċjali qrib tal-Kap Adrian Delia. Huwa sostna li nies tajbin telqu minħabba nies ħżiena li qed jaqilgħu pagi kbar ħafna mill-Partit. B’botta diretta lejn Jean Pierre Debono Arrigo għalaq billi talab għar-riżenja tax-xitan.
http://www.one.com.mt/2019/06/03/breaking-jirrezenja-t-tezorier-tal-partit-nazzjonalista-it-tieni-rizenja-fanqas-minn-48-siegha/