Wayne Hewitt, eks Kunsillier Nazzjonalista għal-lokalità tal-Gżira sfida lil Robert Arrigo sabiex jammetti li kien imġiegħel jonfoħ iċ-ċifri miġbura waqt il-maratoni ġbir ta’ fondi li l-Partit Nazjonalista tella tul is-sena l-oħra. Huwa qal ukoll li Arrigo kien kostrett jagħmel hekk sabiex jagħti l-impressjoni li l-PN kien qed iżid fil-fiduċja tal-poplu.
Hewitt kien qed iwieġeb lil Arrigo fuq status li kiteb fuq Facebook bil-kliem “Dangerously Ambitious”. Għalkemm ma semmiex in-nies b’isimhom Arrigo kiteb dawn il-kliem b’botta diretta għal Jean Pierre Debono u Kristy Debono fejn ftit qabel kien qabbel lil din il-koppja li t-tnejn għandhom karigi għoljin fil-PN bħala lpup. Matul il-jum tas-Sibt Arrigo kellu xi jgħid ukoll ma Kristy Debono fejn waqt il-laqgħa tal-eżekuttiv sorsi tagħna qalulna li allegatament huwa qallha biex tagħlaq ħalqha.