Il-viċi kap nazzjonalista Robert Arrigo qal li l-koppja Jean Pierre u Kristy Debono huma lpup. Fuq Facebook, Robert Arrigo attakka lill-koppja Jean Pierre u Kristy Debono u qal li dawn it-tnejn mhumiex nagħġa imma huma lpup.
Arrigo huwa parti mill-fazzjoni tal-kap Nazzjonalista Adrian Delia imma qiegħed jeħodha kontra din l-fazzjoni stess u jattakka lill-koppja Debono, li huma tnejn mill-ftit qrib il-kap Nazzjonalista.
Fl-laqgħa tal-eżekuttiv tas-sibt Robert Arrigo qal lil Jean Pierre Debono quddiem kulħadd, “Missek tistħi, iż-żieda li tlabt ma ħadtix?” Dan b’referenza għall-paga tajba li Debono qed jitħallas wara li kien ċeda s-siġġu lil Delia. Mart Debono u Deputat Parlamentari Kristy Debono qamet biex taqbeż għal żewġha iżda Arrigo f’dadigħa liema bħala bilkemm ta ċans tiftaħ ħalqha u qalilha, “You shut up!”.