Kmieni t-Tnajn waranofsinhar il-Pulizija mistennija tressaq il-Qorti żewġ irġiel li qed jiġu akkużati b’serq minn diversi residenzi madwar Malta. Dan l-arrest kien frott ta’ ħidma mill-Pulizija mid-Dipartiment tal-Investigazzjoni Kriminali, flimkien mal-Pulizija mill-Għassa ta’ Raħal Ġdid.
L-irġiel mistennija jitressqu quddiem il-Maġistrat Doreen Clarke.