Il-fergħa taz-zgħazagħ tal-Partit Nazzjonalista, l-MŻPN, qal li s-sitwazzjoni prezenti tal-Partit Nazzjonalista bħalissa hija mhux tenibbli u li l-Partit Nazzjonalista mess l-qiegħ. L-MŻPN imexxi mill-President Joseph Grech qrib ħafna tal-eks kap nazzjonalista Simon Busuttil, talab sabiex tintrefa r-responsabilità politika, minn dawk involuti fit-tgħaffiġa li saret nhar is-Sibt fil-kumitat eżekuttiv.
L-MŻPN se tkun qiegħda tanalizza s-sitwazzjoni prezenti tal-Partit Nazzjonalista u se tagħmel r-rapport li tanalizza s-sitwazzjoni, u tgħaddih lit-tmexxija tal-Partit.
Ikkumenta wkoll Jamie Vella. Eks PRO tal-MŻPN li kien irreżenja mill-Partit Nazzjonalista 9 xhur ilu hekk kif fi kliemu qal li l-Partit Nazzjonalista m’għadux kredibbli għalekk għażel li jidassoċja ruħhu minn miegħu.