Id-deputat Nazzjonalista Therese Comodini Cachia qiegħda titlef il-pacenzja. Fuq facebook Comodini Cachia kitbet li Inaċċettabbli li tkissru l-kredenzjali u r-reputazzjoni tal-Partit. “Aħna nqumu għall-onestà, dinjità u ġustizzja mhux dubji” qalet Comodini Cachia. Dan qalitu b’rabta mal-aħħar żviluppi li Jean Pierre Debono allegatament bagħbas il-lista tal-eżekuttiv sabiex bi żbrixx ħa siġġu parlamentari ta’ Stellini.
Din id-dikjarazzjoni pubblika ta’ Comodini Cachia ġiet milqugħa mid-Deputati Karol Aquilina u Jason Azzoppardi li t-tnejn ħallew like fuq il-kitba tad-Deputata Nazzonalista.
Ma’ Therese Comodini Cachia ingħaqdet id-deputat nazzjonalista Claudette Buttigiet li ukoll kitbet li qiegħda titlef il-paċenzja. Iz-zejjed huwa zejjed. M’hemmx iktar gideb u aġir dubjuz. Aħna jistħoqilna aħjar. Il-Partit Nazzjonalista jistħoqlu aħjar.
.