Waqt tfittxijiet f’diversi lokalitajiet, d-dwana kkonfiskat mas-sitt elef, disa’ mija u sitta u ħamsin flixkun tal-inbid u seba’ mija u erbgħin basket tal-plastik hekk kif ma kellhomx id-dazju mħallas.
L-uffiċjali tad-dwana kienu qed iwettqu tfittxijiet ta’ rutina f’Tas-Sliema, San Ġwann, Tal-Ibraġġ, San Pawl il-Baħar, Buġibba, Qawra, Mosta, Ħal-Balzan, Birkirkara, Mrieħel, Ħal-Qormi, Ħal-Far, Marsaxlokk, Marsaskala, Fgura u l-Isla meta daħlu f’għadd ta’ ħwienet u skoprew dawk l-affarijiet kollha għall-bejgħ.
It-taqsima tal-infurzar tad-Dipartiment tad-Dwana qed taħdem biex tnaqqas il-bejgħ ta’ oġġetti ta’ din ix-xorta, bi sforz biex ixekkel l-operazzjonijiet ta’ kuntrabandu.