Uffiċjali tad-Dwana mis-sezzjoni ta’ kontra l-ħasil tal-flus, sabu aktar minn wieħed u għoxrin elf ewro fi flus kontanti mhux iddikjarati fuq żewġ passiġġieri – it-tnejn li huma mill-Kosta tal-Avorju li kienu se jħallu Malta lejn Istanbul.
Il-passiġġieri ttieħdu fl-uffiċċju tad-Dwana fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta fejn instab li fuq wieħed minnhom kien hemm aktar minn ħdax-il elf u seba’ mitt ewro, u fuq l-ieħor għaxart elef ewro moħbija fil-qalziet.
Fl-ewwel każ, il-flus ġew ikkonfiskati, filwaqt li t-tieni passiġġier weħel multa ta’ mitejn ewro.
Dawn iż-żewġ każijiet kienu t-tielet u r-raba’ ta’ sejbiet ta’ flus mhux iddikjarati fl-Ajruport fi ftit jiem, biex is-sejbiet totali din il-ġimgħa ta’ flus mhux iddikjarati jaqbżu l-mija u sittin elf ewro.