Hekk kif illum saru l-aħħar ftit kompetizzjonijiet, Malta kienet parteċpi f’żewġ dixxiplini biss, dawk tat-tennis u l-basketball.
Malta tilfet il-finali tad-doppji fit-tennis fejn Elaine Genovese u Francesca Curmi tilfu għas-spejjes ta’ Ċipru biex b’hekk ħadu fidda.
Anke t-tim femminili tan-nisa tal-Basketball tilef il-logħba tiegħu kontra l-Lussemburgu biex b’hekk tile fiċ-ċans li jirbaħ midalja tal-fidda. Malta tilfet 76 għal 58.
It-tim Malti, f’din il-18 il-edizzjoni tal-logħob tal-pajjiżi ż-żgħar rebaħ total ta’ 27 midalja.
Intant illejla ssir iċ-ċerimonja tal-għeluq ta’ din it-18 il-edizzjoni tal-Logħob tal-Pajjiżi ż-żgħar bl-atleta Lisa Marie Bezzina ser tkun qed iġorr il-bandiera Maltija.