Fid-Dar Centrali bdiet il-laqgħa tal-eekuttiv tal-Partit Nazzjonalista. Laqgħa li se tiddeċiedi dwar min se jieħu s-siġġu parlamentari tal-Għawdxi David Stellini li rrienja minn deputat Nazzjonalista.
Il-fazzjoni ta’ Adrian Delia trid li Jean Pierre Debono jieħu s-siġġu parlamentari ta’ Stellini. Iżda l-fazzjoni ta’ Simon Busuttil qiegħda tuża lil Kevin Cutajar li kkontesta l-elezzjoni ġenerali sabiex ikun hu li jieħu siġġu parlamentari flok Stellini.
Fid-Dar Ċentrali ġew kemm Jean Pierre Debono kif ukoll Kevin Cutajar. It-tnejn iridu s-siġġu parlamentari ta’ Stellini.
Fid-dar ċentrali waslu għadd ta’ deputati nazzjonalisti miż-żewġ fazzjonijiet ta’ Delia u Busuttil, fosthom Karol Aquilina u Carm Mifsud Bonnici, Beppe Fenech Adami, Toni Bezzina, Fredrick Azzopardi, Karl Gouder, Ivan Bartolo, Simon Busuttil.
Ħafna mill-membri tal-eżekuttiv u deputati Nazzjonalisti għażlu li jghidu biss “No comment” meta mistoqsija dwar il-futur ta’ Adrian Delia fil-partit. Barra d-dar ċentrali hawn preżenza ta’ uffiċjali tas-sigurtà ta’ Delia, kif ukoll security ta’ Simon Busuttil. Is-securities ta’ Delia qegħdin jagħtu struzzjoni lin-nies sabiex ma jitkellmux mal-midja.