Fl-iktar rapport riċenti dwar Malta, ippubblikat il-Ġimgħa wara nofsinhar, l-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu Standards & Poor’s qalet li ż-żieda fid-dħul tal-familji se tkompli ssaħħaħ it-tkabbir ekonomiku, b’żieda fil-konsum privat instigata miż-żieda fix-xogħol.
Fl-istess ħin l-agenzija Standard and Poor’s ikkonfermat ir-rating ta’ pajjiżna, filwaqt li sostniet li l-prospetti għall-ġejjieni jibqgħu pożittivi.
It-tkabbir ekonomiku ta’ pajjiżna se jibqa’ jkun aqwa minn dawk ta’ pajjiżi oħra fiż-Żona Ewro, tant li rrivedew ‘l fuq it-tbassir ekonomiku tagħhom għal Malta minn 3.2% għal 3.5%.
L-esperti barranin jattribwixxu din is-saħħa ekononomika l-aktar għall-investiment għoli fl-oqsma tal-enerġija, trasport, edukazzjoni u saħħa.
Fost l-oħrajn jgħidu li “investment in the energy sector has already created a positive supply shock for the economy”. Isostnu wkoll li “electricity is cheaper and businesses have easier access to it”.
Filwaqt li r-rapport jinnota li i s-suq ta’ turiżmu mill-Ingilterra u ċerti partijiet tas-servizzi finanzjarji jistgħu jintlaqtu mill-Brexit, ibassru li s-settur turistiku jista’ jimla l-vojt filwaqt li s-servizzi finanzjarji huma diversifikati u għalhekk l-impatt jista’ jkun kontrollat.