Matul il-lejl li għadda mutur inħakem minn nirien fi Triq is-Sebħ fil-Marsa.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-01:45 meta l-Pulizija daħlulha rapporti li kien hemm mutur jaqbad. Fuq il-post marru Pulizija tar-Rapid Intervention Unit u pumpiera tal-Protezzjoni Ċivili li tfew in-nirien.
Dwar il-każ infetħet inkjesta Maġisterjali mmexxija minn Dr Simone Grech li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha.