Raġel ta’ 23 sena mill-Imsida qed isofri minn ġrieħi gravi wara li waqa’ madwar żewġ sulari għoli meta f’sit tal-kostruzzjoni f’San Ġiljan. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-11:00am tal-Ħamis fi triq il-Qalb Imqaddsa, San Ġiljan, meta r-raġel waqa’ żewġ sulari għoli meta kien qed jagħmel xogħol ta’ kostruzzjoni fl-istess triq.
Fuq il-post issejħu l-Membri tal-Protezzjoni Ċivili sabiex jgħinu lill-vittma, li ttieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura b’ambulanza. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.