Il-Partit Laburista fil-Marsa mhux biss reġa’ rebaħ il-maġġoranza f’din il-lokalità iżda kompla jkabbarha tant li żied żewġ siġġijiet fil-kunsill tal-Marsa. Fil-fatt il-kunsill il-ġdid se jkun magħmul minn sitt kunsillieri tal-Partit Laburista u wieħed għall-Partit Nazzjonalista. Dan il-Kunsill se jkollu wkoll sindku ġdid wara li Josef Azzopardi kiseb l-akbar ammont ta’ voti fl-ewwel għadd.