Illum waranofsinhar is-sala tal-għadd tal-voti fin-Naxxar terġa’ timtela’ bl-attività biex jingħaddu l-voti mixħuta fl-elezzjonijiet Kunsilli Lokali mitfugħa fl-elezzjonijiet tas-Sibt li għadda.
Il-proċess tal-għadd tal-voti jibqa’ għaddej sa tard il-Ġimgħa filgħaxija. Ir-riżultat uffiċjali mistenni s-Sibt filgħodu. Din hi l-ewwel darba fl-istorja li l-elezzjonijiet għall-Kunsilli Lokali qegħdin isiru kollha f’daqqa.
B’kollox l-għadd se jsir f’67 lokalità. Ir-riżultati ta’ kull Kunsill Lokali se joħorġu f’ħinijiet differenti.
L-elezzjonijiet tas-Sibt li għadda se jeleġġu erba’ mija u disgħa u ħasmin kunsillier ġdid minn seba’ mija sitta u tletin.
Għall-elezzjonijiet tas-Sibt li għadda kienu eleġibbli li jivvotaw aktar minn tliet mija u wieħed u erbgħin elf persuna.