Belti ta’ sitta u erbgħin sena nżamm arrestat wara li ġie akkużat li nhar il-Ħadd li għadda seraq xi flus minn karozza fir-Rabat.
Allegatament Patrick Mangion deher jisraq f’filmat li ilu jdur fuq il-midja soċjali.
Mangion ġie akkużat ukoll li qal kliem oxxen fil-pubbliku u li kiser diversi kundizzjonijiet imposti fuqu ta’ sentenzi oħra.