Illejla, il-Prim Ministru Joseph Muscat iltaqa’ mal-erba’ Ewroparlamentari ġodda tal-Partit Laburista.
Fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista fil-Ħamrun, il-Prim Ministru u Mexxej Laburista rringrazzja lill-erbatax-il kandidat Laburista li b’dedikazzjoni kbira għamlu isem tajjeb lill-Partit.
Saħaq li b’dawn l-erba’ persuni, Malta se jkollha delegazzjoni u vuċi b’saħħitha li se jaħdmu b’mod pożittiv favur Malta.
L-erba’ kandidati eletti rringrazzjaw liċ-ċittadini kollha ta’ Malta u Għawdex li tawhom il-fiduċja biex jirrapreżentawhom fil-Parlament Ewropew.
Il-Prim Ministru semma r-rapreżentanza qawwija tal-mara kif ukoll l-ewwel rapreżentanza Għawdxija.
Huwa temm billi qal li fil-jiem li ġejjin se jinnomina persuna jew persuni għall-irwol ta’ Kummissarju Ewropew.