Minn informazzjoni li daħlet lil one.com.mt jidher li s-Sibt li għadda, f’jum l-elezzjoni, għall-ħabta 2:20 ta’ wara nofshinar sid ta’ ħanut f’Marsalforn ta daqqa ta’ ponn f’wiċċ Inġinier ta’ 55 sena waqt argument.
Jidher li dan l-argument beda wara li kien qed isir xi xogħol b’inġenji kbar ħdejn il-bajja ta’ Marsalforn. L-inġinier kellu jittieħed l-Isptar Ġenerali t’Għawdex wara li ġarrab ġrieħi ħfief f’wiċċu.
Il-Pulizija kkonfermat ma’ one.com.mt li żammet lil sid il-ħanut sabiex dan jiġi mitkellem, filwaqt li l-investigazzjonijet għadhom għaddejjin.