Raġel ta’ 38 sena u mara ta’ 39 sena, it-tnejn ta’ nazzjonalità Ingliża, ittieħdu l-isptar Mater Dei wara li kienu involuti f’inċident bi quad bike fin-Naxxar.
Il-każ seħħ għall-ħabta tal-11:15 ta’ dalgħodu fi Triq is-Salina meta seħħet ħabta bejn vettura tat-tip mini cooper misjuqa minn mara ta’ 45 sena min-Naxxar u quad bike misjuqa minn raġel ta’ 38 sena u li miegħu kellu passiġġiera.
Fuq il-post issejħet ambulanza fejn ħadet lix-xufier tal-quad bike kif ukoll lill-passiġġiera l-isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa.
Il-kundizzjoni tagħhom għadha mhix magħrufa.