F’perjodu ta’ sitt xhur, b’numru rekord, Il-kumpanija Facebook neħħiet aktar minn tlett biljun profil falz kif ukoll aktar minn seba’ miljun diskors ta’ mibgħeda. Għall-ewwel darba Facebook ukoll il-kumpanija ppublikat kemm minn dawn ġew appellati u kemm minnhom reġgħu tpoġġew lura fuq il-midja soċjali.
Għall-għajta sabiex jingħalaq Facebook darba u għal dejjem, Il-Kap Eżekuttiv ta’ Facebook Mark Zuckenberg, saħaq li li dan żgur mhux ser ikun rimedju sabiex tissolva l-problema.
Il-Kumpanija żiedet tgħid li l-imħuħ wara diversi minn dawn il-profili foloz kienu għal skopijiet ħżiena. Fosthom sabiex jinbigħu oġġett bħal snieter u droga. Intant il-kumpanija ħadet azzjoni fuq aktar minn miljun post ta’ bejgħ ta’ armi tan-nar f’sitt xhur.
Il-Vjolenza, it-terroriżmu u kontenut ta’ abbużi fuq it-tfal kienu wkoll fost dawk li ġew ikkonfiskati minn Facebook.