Jerome Azzopardi ta’ 21 sena u Jonathan Cassar ta’ 34 sena minn Bormla ngħataw il-ħelsien mill-arrest hekk kif kompla l-każ ta’ allegat traffikar ta’ 133 kilo droga.
Huma qed jiġu akkużati wkoll b’pussess tad-droga kannabis filwaqt li Cassar qed jiġi akkużat li hu riċediv.
Fil-kumpilazzjoni tax-xhieda ntqal kif iż-żewġ akkużati ġew arrestati waqt li kienu qed jipparkjaw żewġ vannijiet f’garaxx fiż-Żejtun, fejn ġo fihom instabet id-droga kannabis b’valur ta’ iżjed minn tliet miljun ewro.
Il-Qorti ħelset mill-arrest lil Cassar fuq depożitu ta’ €7,000 u garanzija personali ta’ €13,000 filwaqt li Azzopardi nħeles fuq depożitu ta’ €5,000 u garanzija personali ta’ €15,000.