L-ikbar rebħa għall-familji Maltin u Għawdxin kienet ir-roħs fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma li implimenta gvern Laburista. Qal dan fi stqarrija l-Partit Laburista.
Qal li jekk hemm min irid jistħarreġ il-kontijiet l-ewwel li se jsib hu li llum huma 25% orħos minn kemm kienu fi żmien gvernijiet nazzjonalisti. Isib li dak iż-żmien kienu l-ogħla fl-Ewropa u llum fost l-orħos.
L-istqarrija temmet billi qalet li r-riżultat ta’ dan tħallew iktar minn €90 miljun fi bwiet il-familji u n-negozji Maltin u Għawdxin.