‘Unwarranted’ kienet il-kelma li l-Uffiċċju tal-Awditur Ġenerali uża biex biha spjega l-indħil ta’ Chris Said fl-allokazzjoni ta’ fondi lill-Kunsilli Lokali. B’mod partikolari l-Kunsill Lokali tan-Nadur, li tiegħu ħuħ kien Sindku.
Dawn id-dettalji qiegħdin joħorġu minn rapport dwar kif kienu jitqassmu fondi għall-Kunsilli Lokali, fi żmien meta Chris Said kien responsabbli minnhom.