Raġel jinsab fil-periklu tal-mewt wara li tilef il-bilanċ u waqa’ f’sit ta’ kostruzzjoni f’Ħal Qormi.
Il-każ seħħ illum, għall-ħabta tas-7:30 f’sit ta’ kostruzzjoni fi Triq l-Imdina, Ħal Qormi.
Il-Pulizija tad-Distrett marru minnufih fuq il-post fejn minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li raġel barrani, li l-identita’ tiegħu għadha mhux stabbilita’, sofra xi ġrieħi wara li tilef il-bilanċ u waqa’ mal-art f’din is-sit ta’ kostruzzjoni.
Fuq il-post issejħet ambulanza sabiex tieħu lill-vittma l-Isptar Mater Dei biex jingħata l-kura meħtieġa.
Aktar tard, huwa ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr. C. Galea LL.D li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-Inkjesta li ġiet appuntata.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.