Il-persuni jfittxu x-xogħol komplew jonqsu. Ċifri ppubblikati mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika juru li f’April li għadda, kien hemm 1,748 persuna jirreġistraw għax-xogħol.
Meta mqabbel ma’ April tas-sena li għaddiet, iċ-ċifri juru li fi tnax-il xahar il-qgħad naqas b’disgħa u disgħin ruħ jew b’ħamsa punt erba’ fil-mija.
Mill-informazzjoni li l-NSO irċeviet mill-aġenzija tax-xogħol Jobsplus, it-tnaqqis fil-qgħad f’April kien irreġistrat fl-etajiet kollha għajr għal dawk li kellhom anqas minn 25 sena.
L-akbar tnaqqis fil-qgħad kien fost il-persuni li ilhom jirreġistraw għal aktar minn sena. Persuni b’diżabbiltà fuq ir-reġistru tal-qgħad naqsu b’65 ruħ u issa niżlu għal 218.