Il-Partit Laburista għadu kemm indirizza konferenza tal-aħbarijiet wara li rapport tal-Awditur Ġenerali kixef nuqqasijiet kbar dwar kif kienu jitqassmu fondi lill-Kunsilli Lokali taħt l-aħħar amministrazzjoni Nazzjonalista.
Id-Deputat Mexxej tal-Affarijiet tal-Partit Laburista Chris Cardona stqarr li dan ir-rapport jiċċensura b’mod inekwivoku lil Chris Said u huwa ċar f’dak li jgħid, li ma jemminx l-ispjegazzjonijiet li tal-istess Said. Simon Busttil qed jerġa’ jikkonferma li hu poilitiku ta’ triple standards: standards differenti għalih, għal ta’ madwaru, u għall-kumplament tan-nies.
Chris Cardona qal li Said jaħseb li hu superjuri mill-proċeduri, mill-ipjanar u mid-dejn li kien qed jakkumula. Dan hu rapport li jiċċensura lil Chris Said tal-indħil politiku tiegħu, sostna Cardona. Innota li Said qed jgħid li se jerfa’ responsabilità politika iżda min-naħa l-oħra mhu jagħmel xejn, għaliex għadu membru tal-Oppożizzjoni u huwa shadow minister għal Għawdex. Ma rċieva ebda kundanna mill-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil, li tant jitkellem fuq governanza tajba.
Is-Segretarju Parlamentari Stefan Buontempo osserva kif ħareġ ċar li Chris Said kien jieħu deċiżjonijiet li jinpinġu fuq l-indipendenza tal-kumitat tal-evalwazzjoni. Ġieli saħansitra ma kienx ikun hemm dan il-kumitat. U f’każijiet oħra, kien ikun hemm deċiżjonijiet li jieħu l-bord tal-evalwazzjoni, iżda Chris Said kien jaqbżu u jiddeċiedi hu.
Ġieli, Kunsilli Lokali kienu jmorru direttament għand Chris Said, li kien jiddetermina x’jiġri fi proġetti u fejn jidħlu finanzi. F’każijiet oħra, bħal tal-Kunsill Lokali tar-Rabat Għawdex, meta applikazzjoni għal fondi daħlet tard, inbidlet id-deadline minflok ġiet rifjutata l-applikazzjoni. U fil-każ tan-Nadur, dan il-Kunsill Lokali bbenefika minn aktar fondi milli applika għalih.
Il-Kunsilli Lokali spiċċaw b’dejn kbir, għaliex ħafna mill-Kunsilli Lokali preżentaw proġetti li ma kienux sostenibbli.
Infatti, Gvern Laburista wiret Kunsilli Lokali b’€23 miljun dejn – ħafna minn dan id-dejn ġej mill-iskemi msemmija f’dan ir-rapport.
Is-Segretarju Parlamentari Buontempo nnota li ma kienx hemm baġit għal skemi li jaqgħu taħt PPP – Public Private Partnership. Minn-naħa l-oħra dan il-Gvern irid li kull proġett li jidħol għalih il-Kunsilli Lokali jkunu sostenibbli.
Meta l-Uffiċju tal-Awditur Ġenerali investiga l-każijiet reltati ma’ fondi li ngħataw Kunsilli Lokali taħt amministrazzjoni Nazzjonalista, ma bdewx jinstabu dokumentazzjonijiet, minuti ta’ meetings, ittri ta’ aċċettazzjoni jew inkella ittri li proġetti ġew rifjutati. L-Uffiċju tal-Awditur Ġenerali stess jemmen li dan huwa nuqqas kbir fil-kontabilità u trasparenza.
Chris Cardona temm jgħid li l-Partit Nazzjonalista kien imexxi bi stil dilettantesk u li jixhed l-istandards li kien imexxi bih Gvern Nazzjonalista.
https://www.youtube.com/watch?v=51HAU6DEeJ0