Raġel ta’ 38 sena ndarab gravi wara argument f’Tas-Sliema.
Il-każ seħħ għall-ħabta tat-8:30 Triq il-Katidral, tas-Sliema meta l-Pulizija tad-Distrett marru minnufih fuq il-post fejn minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li kien seħħ argument bejn raġel ta’ 38 sena residenti Birkirkara, raġel ta’ 41 sena residenti l-Gżira u raġel ta’ 23 sena residenti l-Gżira wkoll.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel ta’ 38 sena l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.