It-Tajwan sar l-ewwel pajjiż fl-Ażja li llegalizza ż-żwieġ bejn persuni tal-istess sess.
Kien fl-elfejn u sbatax meta l-Qorti Kostituzzjonali tal-pajjiż iddeċidiet li koppji tal-istess sess għandu jkollhom id-dritt li jiżżewġu legalment, u għaldaqstant, il-Parlament ingħata sentejn ċans biex idaħħal din il-liġi.
Fl-aħħar sigħat, mijiet ta’ persuni inġabru biswit il-binja tal-Qorti fil-kapitali Taipei biex jistennew ir-riżultat, li laqgħu b’ċapċip u ferħ hekk kif sar magħruf.
Il-liġi mistennija tidħol fis-seħħ meta jgħaddiha l-President tat-Tajwan Tsai Ing-wen.