Malta hi dittatorjat.
Hekk qal il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia meta indirizza lill-partitarji nazzjonalisti f’Birkirkara.
Delia qal li pajjiżna mhuwiex pajjiż normali, imma huwa pajjiż dittatorjat. “Dak il-pajjiż li qegħdin ngħixu fih illum” qal Delia.
Adrian Delia għażel li jieħu lin-nies fil-passat u qalhom li jridu jerġgħu jagħmlu l-ġlieda li kien għamel l-eks Prim Ministru Eddie Fenech Adami. “L-istorja trid li nerġgħu niġġieldu l-istess battalji” qal Adrian Delia.