Il-kumpanija ZBX, li tispeċċjalizza fis-settur tal-Blockchain, fetħet il-bażi ewlenija tagħha f’Malta. Dan huwa wieħed minn ħames uffiċini li l-kumpanija għandha madwar id-dinja. Il-Kap Eżekuttiv tal-kumpanija, Dave Pulis, spjega li bħalissa ZBX tinsab fil-proċess li tikseb liċenzja biex topera wkoll fis-settur tal-cryptocurrency. Qal li l-kumpanija investiet €3 miljun grazzi għaċ-ċertezza legali u l-garanziji li joffri l-qafas regolatorju tal-Blockchain li nieda l-Gvern.
Is-Sur Pulis qal li Malta għandha infrastruttura regolatorja eċċellenti meta mqabbel ma’ pajjiżi oħra u li biex kumpanija tiffjorixxi f’pajjiż, għandha bżonn infrastruttura regolatorja soda. “Nothing gets even close right now. If it wasn’t for the regulation we would not have the banking infrastructure, we would not have the best lawyers coming on board, or auditors, and especially we would not give the users the confidence they need to sign up and become users of ZBX and have the peace of mind to invest in digital assets,” spjega l-Kap Eżekuttiv.
Madwar 200,000 persuna jagħmlu użu mis-servizzi tal-kumpanija biex jinvestu flushom, iżda ZBX qed timmira li sal-aħħar tas-sena taqbeż il-miljun utent. Numru li għal kumpanija bbażata f’pajjiż żgħir, huwa sostanzjali. “In this industry, if you want to be an agent, operator, or in exchange, things are moving forward so fast that you can find your niche, become very good at what you do, and if you have the support and infrastructure around you that Malta offers, you can come here and establish a business”, qal Pulis.
Is-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri qal li huwa sodisfatt li ebda ġurisdizzjoni oħra fid-dinja ma toffri din iċ-ċertezza legali għal dawn il-kumpaniji. Qal li l-viżjoni ta’ din il-kumpanija taħdem id f’id mal-viżjoni tal-Gvern li l-innovazzjoni ssir mutur ewlieni tal-ekonomija Maltija.