L-ispiża globali tal-Ministeru tal-Familja u Solidarjetà Soċjali fl-elfejn u tmintax, laħqet l-elf u seba’ mitt miljun ewro, jew tlieta u tletin fil-mija tan-nefqa totali tal-Gvern. Ħamsin fil-mija iktar tal-allokazzjoni fl-2012
F’konferenza bit-tema “Ippjanar u Twettiq” fil-Jum Internazzjonali tal-Familja, il-Ministru Michael Falzon qal li dawn il-flus qed jintefqu biex titwettaq ħaqq soċjali ma’ dawk l-aktar fil-bżonn – fosthom familji bi dħul baxx u medju, pensjonanti u persuni b’diżabilità.
Huwa nnota li ewro minn kull tlieta fil-pajjiż imur fil-qasam soċjali, u tenna r-rieda u l-impenn tal-Gvern li jkompli jbiddel il-ħajja tan-nies għall-aħjar.
Min-naħa tieħgu, is-Segretarju Permanenti Ewlieni Mario Cutajar qal li l-konferenza tal-lum hija waħda minn bosta li qed isiru biex jelenkaw l-importanza tal-ħidma tal-Ministeri rispettivi li huma kruċjali biex iwettqu l-bidla.
Fakkar li dan il-Gvern daħħal bosta miżuri u benefiċċji biex jixpruna iżjed bilanċ bejn il-ħajja tal-familja u x-xogħol.